Dan l-aħħar smajna ħafna dwar kif l-aħbarijiet tal-Istat qed jagħtu dik id- daqsxejn ta’ palata żejda lill-Gvern. Imma kif?

Jekk nibdew mill-headlines għid li hemmhekk se jidhru xi esponenti tal- Gvern, imma f’ħafna mid-drabi ħadd mill-Oppożizzjoni. Imbagħad għandek każijiet fejn għalkemm spazju għal dak li tgħid l-oppożizzjoni fil- headlines ma nsibux, insibu spazju għal aħbarijiet ta’ barra li jkunu daqsxejn strambi!

Fil-bulettin tad-9 ta’ Settembru biss, jidhru l-Ministru Miriam Dalli, Kurt Farrugia (li sa ftit snin ilu kien il-kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern u l- Kelliem Ewlieni tal-Prim Ministru), Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru Josè Herrera! Ħaġa tal-għaġeb, dawn kollha jitteħdilhom kumment!

Imbagħad f’daqqa waħda, tisma’ “immorru issa għall-aħbarijiet ta’ barra”, li għal bosta jfisser il-mument li wara tletin minuta jsegwu l-aħbarijiet jistgħu jew jitfulu, jew jaqilbulu.

U fl-aħħar, wara 30 minuta sħaħ... tletin minuta... titfaċċa aħbar dwar il- Partit Nazzjonalista. Imma sintendi, ma għandekx tistenna li se tisma’ lill- esponenti tal-Oppożizzjoni jitkellmu! Se tisma’ biss kliem bħal “Il-Kelliema qalu”, “Qalu wkoll”, “Semmew u qalu”.

U f’dan il-bulettin partikolari, jiġifieri dak tad-9 ta’ Settembru, filwaqt li l- aħbarijiet dwar l-Oppożizzjoni ħadu ftit iżjed minn minuta kollox, dawk dwar il-Gvern damu għal kważi 9 minuti.

Fejn hu l-bilanċ? Wieħed jifhem li mhux kuljum ikun hemm ġrajjiet tal- istess importanza u portata, imma dan l-iżbilanċ ma taħsibx li hu daqsxejn sfaċċat?

 

 

Clifford Zahra Fenech

About

Għalliem. Ma nħallix għal għada dak li nista' nagħmel illum. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq is-7 Distrett.