Il-Ministru Clyde Caruana għandu bżonn jieqaf jhedded lin-negozjanti Maltin, u jiddedika ħinu biex jassigura li l-kollegi tiegħu ma jkomplux jaħlu flus il-poplu fuq kuntratti korrotti.
Il-kummenti tal-Ministru fil-Parlament ilbieraħ jagħmluha ċara li l-Gvern qed jippjana li wara l-elezzjoni, jekk jerġa' jkun elett, jkompli jżid it-toqol burokratiċi, li diġà jilħqu livelli bla preċedent, fuq in-negozji Maltin u Għawdxin. Dan biex ikun jista’ jagħmel tajjeb għall-problemi li kkrea l-Partit Laburista stess.
In-negozji diġà qed iħossu l-impatt negattiv tad-deċiżjonijiet ħżiena tal-Partit Laburista, li bil-korruzzjoni fl-għola livelli tal-Gvern pajjiżna spiċċa fuq il-lista l-griża li waħħalna biha l-Labour u li żiedet inċertezzi u diffikultajiet kbar f'diversi setturi.
Caruana jidher li huwa kuntent jara lil sħabu jagħtu rekord ta’ direct orders li ma jrendu xejn lura għall-poplu, li jkompli jappoġġja ftehimiet korrotti bħal tal-Electrogas u Stewards, u li l-Ministru tal-Ekonomija jonfoq iżjed minn €30 Miljun biex jikri vetrina tal-kmamar tal-banju fiż-Żejtun.

Bernard Grech

About

Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq il-5 u il-11 Distrett.