ŻOMM AĠĠORNAT:
Stqarrija maħruġa mill-Viċi Sindku taz- Żebbuġ Daniel Cordina
Il-Viċi Sindku taż-Żebbuġ Għawdex Daniel Cordina jiċħad kategorikament l-aħbar falza li dehret fil-konfront tiegħu fil-midja tal-Partit Laburista fejn ġie allegat li mhux se jkun qed jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li se ssir is-sena d- dieħla.
Daniel Cordina kkonferma l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ jikkontesta għall-Kunsill Lokali taż- Żebbuġ Għawdex u l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ imejl datata l-4 ta' Frar 2018.
Il-Viċi Sindku Daniel Cordina jwiegħed lir-residenti kollha taż-Żebbuġ Għawdex ħidma bla waqfien flimkien mal-Kunsillieri sħabu tal-istess Partit Nazzjonalista, s-Sindku Nicky Saliba u l-Kunsillier Carmelo Saliba.
Filwaqt li l-Partit Laburista jinħela fuq dawn il-qlajjiet bla bażi, il-Kunsillieri Nazzjonalisti jkomplu jimpenjaw ruħhom sabiex jagħtu dak kollu li jistgħu għall-ġid tar-residenti taż- Żebbuġ Għawdex.
Daniel Cordina
Viċi Sindku taż-Żebbuġ, Għawdex
27.02.2018