ŻOMM AĠĠORNAT:
Stqarrija mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista
Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) jikkundanna bla riserva kull tip ta’ vjolenza domestika indirizzata lejn kull tip ta’ ġeneru filwaqt li jħeġġeġ lill-Gvern ikompli jagħti l- mezzi meħtieġa lill-entitajiet Governattivi sabiex ikunu f’pożozzjoni li joffru kull għajuna u meħtieġa fil-ħin.
Aktar minn hekk, l-entitajiet Governattivi għandhom jaġixxu b’mod pro-attiv sabiex jiġu evitati każijiet ta’ vjolenza domestika u iżjed u iżjed jiġi evitat li persuna tispiċċa titlef ħajjitha.
L-MNPN jinsisti li filwaqt li hu pożittiv li ġiet irratifikata l-konvenzjoni ta’ Istanbul mill-Istat Malti, il-Gvern irid jagħmel l-almu kollu tiegħu sabiex dak mitlub mill-istess konvenzjoni, ikun attwat bil-fatti. Dan għaliex li tirratifika strument internazzjonali li ma jiġix implimentat dak mitlub minnu, ma jkun xejn ħlief mezz sabiex jiġi aljenat il-poplu Malti.
Charlene Buttigieg Farrugia
President Moviment Nisa Partit Nazzjonalista
18.09.2018