Robert Abela siegħa qabel ma jitkellem Chris Fearne mar fuq l-istazzjon Laburista u reġa ħalla lill-edukaturi, studenti u ġenituri fil-għama hekk kif settur tant importanti qed jitħalla mingħajr ministru. F’din l-intervista ma semma xejn dwar x’passi se jittieħdu fuq l-uffiċjali pubbliċi li ħallew lill-eks Ministru tagħmel dan l-abbuż.

Robert Abela qed jitratta lin-nies ta’ ġaħan meta jgħid li għandu tim sod, magħqud u kompetenti meta din l-ġimgha wriet bil-maqlub. Tant hu magħqud li għandu deputat li se tkun qed tieħu passi kontra l-gvern fuq liġi li daħħal Gvern Laburista u li hi kienet ivvotat favuriha.  

Infakkru li Robert Abela għad għandu ministru tal-ġustizzja li kien jikkonfoffa ma Yorgen Fenech u ma jistax jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubbika. Hu għalhekk li għandna l-Istati Uniti jieħdu passi li l-istat Malti mhuwiex qed jieħu, fosthom azzjoni kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, li f’din l-intervista ma ssemmew fl-ebda mument.  

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla