Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jirringrazza lil David Thake talli refa’ r-responsabbiltá politika tiegħu u rriżenja mill-Parlament, u rtira wkoll il-kandidatura tiegħu minn mal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, aċċetta r-riżenja u rringrazzja lil David Thake għal kontribut li ta lill-Partit Nazzjonalista u għal ġlieda tiegħu li jtejjeb l-istandards fil-politika.

Din ir-riżenja qed twassal għall-vakanza fil-grupp Parlamentari li trid timtela’ b’co-option.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jipproponi l-istrutturi tal-Partit biex din il-vakanza timtela’ mill-Perit Graziella Galea. Galea hija l-minority leader tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hija wkoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-12-il distrett.

 

---- 

 

The Nationalist Party would like to thank David Thake for reaffirming his political responsibility, by resigning from Parliament, and withdrawing his candidacy from the Nationalist Party.

Nationalist Party leader Bernard Grech has accepted David Thake’s resignation and thanked him for his contribution to the Nationalist Party and fighting to improve the standards in politics.

This resignation leads to a vacancy in the parliamentary group to be filled by a co-option.

The Leader of the Nationalist Party will be proposing to the Party structures Architect Graziella Galea to fill this vacancy.  Graziella Galea is the minority leader of St. Paul’s Bay Local Council and also a candidate of the Nationalist Party on the 12th district.

 

13.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt