ŻOMM AĠĠORNAT:
Stqarrija tal-Kunsillieri Nazzjonalisti fil-Mellieħa
Il-Kunsillieri Nazzjonalista fil-Mellieħa jinnutaw b’dispjaċir dak li ġara t-Tnejn li għadda waqt laqgħa urġenti mitluba minnhom stess sabiex jassiguraw li l-Kunsill jipproteġi l-interess tan-nies fir-rigward tal-bypass tal-Mellieħa, magħrufa aħjar bħala Triq Lewis Wettinger, u fl- inħawi Ta’ Marsija.
F’din il-laqgħa, il-Kunsillieri Nazzjonalisti ppreżentaw mozzjoni, li hija mehmuża ma’ din l- istqarrija, fejn fiha talbu numru ta’ assigurazzjonijiet fl-interess tal-Melliħin. Fi tmiem din il- laqgħa, s-Sindku informa lil dawk preżenti li kienet se tkompli laqgħa ordinarja tal-Kunsill u tkompli d-diskussjoni kif indikat fl-aġenda.
Fil-laqgħa ordinarja, s-Sindku irrakkomanda l-vot fuq il-mozzjoni għal-laqgħa li jmiss tal- Kunsill, li se ssir fis-16 ta’ April biex il-Kunsillieri tal-Partit Laburista jkunu jistgħu jaraw il- mozzjoni fid-dettall, minħabba li kienet għadha kif ġiet ippreżentata.
Dan minkejja li hemm stipulat fl-Att tal-Kunsilli Lokali (Kap 363), li mozzjoni tista’ titressaq waqt il-laqgħa tal-Kunsill Lokali sakemm tkun relatata max-xogħol indikat fuq l-aġenda. Filwaqt li l-Kunsillieri Nazzjonalisti mxew mal-liġi meta ressqu l-mozzjoni, in-nies fil- Mellieħa u dawk li jagħmlu użu mill-bypass ġew imċaħda milli ssir laqgħa pubblika.
Il-Kunsillieri Nazzjonalisti jassiguraw lill-Melliħin li se jkomplu jaħdmu biex jiġi assigurat li ħadd ma jisraq dak li bi dritt huwa tal-komunità kif ukoll se jaraw li r-residenti fl-inħawi Ta’ Marsija jibqgħu jgħixu fil-propjetà tagħhom mingħajr inkonvenjent żejjed minn terzi.
Il-Kunsillieri Nazzjonalisti se jibqgħu jinsistu li l-bypass (Triq Lewis Wettinger) tibqa’ b’erba’ karreġġjati kif dejjem kienet, filwaqt li se jibqgħu jitolbu l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa li din it-triq ma tkunx perikoluża għall-mijiet ta’ sewwieqa li jgħaddu minnha ta’ kuljum.
It-tħassib tal-Kunsillieri u tan-nies qed tiżdied meta, minkejja l-wegħda tal-Ministru Ian Borg li l-bypass tibqa’ b’erba’ karreġġjati u bicycle-lane, ix-xogħol baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel
Fl-aħħarnett, jixtiequ jirringrazzjaw lir-residenti kollha li attendew u pparteċipaw għal-laqgħa b’urġenza. Dan ikompli juri li dak li jridu l-Kunsillieri Nazzjonalisti huwa l-istess li jridu n- nies tal-Mellieħa.
28.03.2018