ŻOMM AĠĠORNAT:
Stqarrijiet
“L-ebda gidba jew spin minn kastilja mhi se twaqqafni mill-ġlieda tiegħi kontra l- korruzjoni” - Adrian Delia
Xhur ilu Adrian Delia kien diġa’ wera l fatti kollha u d-dokumenti kollha lil ġurnalist ta’ The Times biex wara ppubblika dawn il-fatti fl-istess ġurnal
Gvern bla pjan li jhedded l-iġjene minima fl-iskejjel
Il-Gvern bla pjan qed jhedded l-iġjene minima fl-iskejjel u s-saħħa tat-tfal u l-adolexxenti tagħna. Dan ġie kkonfermat minn studju akkademiku, minn rapporti investigattivi li kellhom is-Sunday Times u t-Times of Malta, u wkoll minn kummenti tal-Union tal-Għalliema (MUT) lill-istess gazzetti. Il-Gvern Laburista imbarka fuq politika ta’ tkabbir f’daqqa fil- popolazzjoni bla ma qies ħafna effetti ta’ dan, fosthom fuq l-infrastruttura tal-edukazzjoni f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista huwa partit vision driven u mhux survey driven
Ekonomija għan-nies u mhux ekonomija tal-calculator
Il-Labour moħħu biss fin-numri, aħna partit tan-nies
Filwaqt li Joseph Muscat jibqa’ jiftaħar bis-surplus, it-tkabbir ekonomiku li qed jinħoloq mhux qed jasal għand kulħadd. Mhux l-istess għal Keith Schembri u Konrad Mizzi li permezz ta’ Nexia BT qalu li kienu se jdaħħlu €150,000 kull wieħed kull xahar. €5,000 kuljum meta fil-budget, iż-żieda tal-għoli tal-ħajja għall-familji hija biss €2.33 fil-ġimgħa. Dan huwa Gvern li moħħu biss fin-numri, mentri l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit tan-nies, bi proposti ċari u konkreti biex il-ġid jasal għand kulħadd f’soċjetà li jimpurtaha.
25.11.2018
Aħna l-partit tan-nies b’viżjoni, bi pjan fit-tul u proposti konkreti biex jinħoloq ġid għal kulħadd
Min hu l-veru Prim Ministru ta’ Malta, Keith Schembri jew Joseph Muscat?
Il-PN b’viżjoni ekonomika li verament tkattar ġid għal kulħadd
Pjan fit-tul għat-tkabbir ekonomiku, ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tkattir tal-ġid
Il-Gvern nesa’ lil Għawdex u mhux qed joffri s-soluzzjonijiet għad-diffikultajiet tal- Għawdxin
Se nibqgħu niġġieldu biex l-isptarijiet li l-Gvern ta lil Vitals jiġu lura għand in-nies
Ikomplu jitnaqqru r-responsabilitajiet tal-Kunsilli Lokali
Hija ta’ diżappunt kbir l-aħbar li s-swieq miftuħin tneħħew mir-responsabbilità tal-Kunsilli Lokali. Hija tal-mistħija wkoll kif Ministru wara ieħor qegħdin qishom f’kompetizzjoni bejniethom min minnhom huwa l-iżjed kapaċi li jieħu l-iktar responsabilitajiet mingħand il- Kunsilli Lokali u jgħaddihom lura għand il-Gvern. Hija tal-mistħija ukoll kif mhux biss il- Gvern jieħu aktar responsabilitajiet mingħand il-Kunsilli Lokali iżda lanqas biss jikkonsulta magħhom u jinjorhom għal kollox kif ġara f’dan il-każ ukoll.
Il-PN se jsewwi l-inġustizzja bis-serq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Pajjiżna jeħtieġ pjan fit-tul li jwassalna fl-2030 u lil hinn
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jidħak bin-nies. Issa mhu qed jemmnu ħadd
“Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità lin-nies u ilu jidħak bil poplu Malti u Għawdxi kollu, tant li issa mhu qed jemmnu ħadd.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet. Matul il-konferenza Adrian Delia qal il-fatti kollha wara xulxin kif ħarġu dwar il-kumpanija misterjuża 17 Black.