Irridu ngħelbu l-kanċer flimkien. Fl-aħħar snin saru avvanzi kbar. Bis-saħħa tal-impenn ta’ ħafna professjonisti dedikati, mijiet ta’ Maltin u Għawdxin qed jirbħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Il-kanċer iżda għadu jaħsad ħafna ħajjiet ġo pajjiżna. Jeħtieġ għalhekk intejbu l-kura billi nużaw aktar ir-riċerka u l-għodda Ewropea li tippermetti aċċess għal sptarijiet speċjalizzati fl-Ewropa. Jeħtieġ ukoll intaffu l-impatt tal-marda fuq il-ħajja tan-nies billi ntejbu s-servizzi ta’ kura paljattiva.
Dan kien il-messaġġ tal-konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista quddiem iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo mmexxija mill-Kelliem Ewlieni Peter Agius flimkien mal-Kelliem għas-saħħa t-tabib Stephen Spiteri.
Fl-aħħar snin saru avvanzi kbar fil-ġlieda kontra l-kanċer, anke f’pajjiżna, grazzi għal ħafna professjonisti dedikati, tejjibna bi kbir iċ-ċans ta’ rkupru min din il-marda.
Irridu nkunu ferm aktar ambizzjużi, irridu nagħtu tama ġdida billi nkomplu ninvestu. L-Ewropa tista’ tgħin aktar f’dan permezz tal-Beating Cancer Plan li mistenni jixpruna era ġdida ta’ riċerka u investimenti fir-riċerka u l-kura tal-kanċer.
Fl-2013 pajjiżna għamel investiment għaqli – triplikajna s-sodod disponibbli għall-kura, żidna l-faċilitajiet ta’ riċerka, djanjozi u kura, - infetaħ ic-Ċentru Sir Anthony Mamo. Dan inbena b’ nefqa ta’ biss 8 miljun euro – iva ġie jiswa 55 miljun però l-maġġor parti tan-nefqa ħarġitom l-Unjoni Ewropea – dak huwa l-għaqal fit-tmexxija. Dan jikkuntrasta mat-tmexxija fis-saħħa preżenti fejn il-Gvern ta 3 sptarijiet li qed jitmexxew bil-profitt tal-privat flok bis-servizz pubbliku bħala prinċipju gwida. Din is-sena biss ser jonfoq 69 miljun. Għal dan il-poplu Malti mhux qed jara riżultat.
Il-Partit Nazzjonalista qed iressaq 13-il-proposta studjata biex ngħelbu l-kancer flimkien. Fost dawn il-proposti jeħtieġ:
• Jitwaqqaf Clinical Research Unit li jagħti l-opportunita ta’ trial ta’ prodotti farmaċewtiċi innovattivi. Dan mhux biss jagħti tama ġdida lill-familji permezz tal-aktar soluzzjonijiet avvanzati, iżda jkabbar il-potenzjal ta’ Malta fis-settur tal-Life Sciences;
• Niżviluppaw aktar ftehim bilaterali ma’ pajjiżi bi speċjalizzazzjoni f’tipi ta’ kura partikolari (eż. il-Ġermanja) biex il-pazjenti jgawdu mill-kura ta’ kwalita għolja anke jekk din ma tkunx offruta f’Malta.
• Noħolqu Walk-In Clinic li jopera 24 siegħa kuljum biex jagħti assistenza immedjata lill-pazjenti u lill-familjari tagħhom. Ma’ dan, inwaqqfu sistema diġitali ta’ electronic health għall-pazjenti tal-onkoloġija li jkunu qed jiġu ttrattati mid-dar sabiex ikunu jistgħu jiġu segwiti millprofessjonisti b’mod remot u aktar effettiv;
• Nintroduċu sistema moderna ta’ Ambulatory Chemotherapy biex il-pazjenti jkunu jistgħu jiġu assistiti minn djarhom stess. Dan jgħin biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet ulterjuri filwaqt li jkunu mmexxija aħjar ir-riżorsi fissi tal-isptarijiet; Il-komoterapija ambulanti u l-kemoterapija l-oħra fl-isptar tibda tiġi provduta wkoll mill-isptar ġenerali ta’ Għawdex biex jiġi evitat l-iskariġġ għal pazjenti Għawdxin li jridu jieħu l-kemoterapija regolarment ġo Malta.
• Nallokaw il-finanzjament neċessarju biex noffru l-kura mingħajr ħlas permezz ta’ mediċini first-line kif ukoll second-line li jkunu approvati mill-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea;
• Il-formolarju għandu jiġi aġġornat biex joffri l-aktar mediċini ġodda mingħajr il-bżonn li l-pazjenti jiddependu fuq entitajiet oħra u li jiżgura li l-gvern iqassam il-fondi pubbliċi aħjar;
• Jitwaqqaf Drug Fund li jkopri indikazzjonijiet speċifiċi biex pazjenti li jkunu eliġibbli jsibu l-għajnuna b’mod awtomatiku mingħajr il-bżonn ta’ proċessi burokratiċi;

B’dawn il-proposti pajjiżna jkun jista’ jagħmel il-pass li jmiss fil-ġlieda kontra l-kanċer favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt