Robert Abela għandu test biex juri kemm verament jemmen dak li jgħid u ta’ bilħaqq juri li jiddefendi l-istituzzjonijiet. Illum il-Whip tiegħu Glenn Bedingfield infexx f’attakki bla preċedent fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jikkundanna bla riżervi dan l-aġir u dan l-attakk.

Dak li għamel Glenn Bedingfield fuq l-istituzzjonijiet tal-pajjiż mhu xejn għajr pressjoni intenzjonata biex jipprova jintimida lill-maġistratura u l-istituzzjonijiet bl-iskop li jxekkilhom milli jagħmlu xogħolhom.

Robert Abela għandu jieħu azzjoni b’mod immedjat fil-konfront tal-Whip tal-Gvern. Jekk Robert Abela ma jagħmilx dan hu kompliċi miegħu f’attakk bla preċedent.

Il-maskla ta’ Robert Abela waqgħet. Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern għamel minn kollox biex ma jiddiskutix l-abbozz ta’ liġi li jindirizza l-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galiza, il-biża’ li qed taħkmu qed iġġiegħlu jattakka l-istess istituzzjonijiet li sa ftit ilu kien qed jgħid li qed jagħmlu xogħolhom.

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt