ŻOMM AĠĠORNAT:
Tislima lil Joseph G Grech
Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad fis-sogħba għall-mewt tal-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Joseph G Grech. L-impenn ta’ Joseph G Grech għal Għawdex u għall-ħajja kummerċjali u tan-negozju fil-gżira jibqgħu marka importanti tiegħu.
Hu qeda l-missjoni tiegħu bl-aqwa mod sa’ mit-twaqqif tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija 19-il sena ilu kemm f’Malta kif ukoll barra fejn kien għadu kemm inħatar President tal- Kmamar tal-Kummerċ tar-Reġjuni-Gżejjer. It-twemmin ta’ Joseph G Grech f’Għawdex bl- elementi partikolari ta’ gżira-reġjun hu fi qbil perfettament mal-Partit Nazzjonalista.
L-impenn soċjali ta’ Joseph G Grech ma kienx biss fil-kummerċ imma f’oqsma oħrajn tal- ħajja, fosthom fl-edukazzjoni, l-Iscouts u f’għaqdiet volontarji oħrajn. Ħajtu li għex b’mod sħiħ tibqa’ ta’ eżempju għal dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu fil-ħafna oqsma li jagħnu l-ħajja u s-soċjetà tagħna.
Il-Partit Nazzjonalista jwassal is-sogħba tiegħu lill-familja ta’ Joseph G Grech u lil dawk kollha li kienu qribu, speċjalment fil-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.
Chris Said
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali
Kristy Debono
Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni
Edwin Vassallo
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, Negozji Żgħar, Koperattivi, Biedja u Sajd
06.09.2018