Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) flimkien mal-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Kunsilli Lokali, Karl Gouder isellmu l-memorja tal-eksKunsilliera Lokali f'Ta Sannat Marlene Muscat.

Il-President tal-KKLPN Charles Bonello kif ukoll Karl Gouder sostnew li tul iż-żmien li damet kunsilliera lokali, Muscat dejjem ħadmet b'integritá assoluta u dejjem rat il-ġid tar-residenti f'TaSannat. Huma rrimarkaw ukoll li minkejja li f'Ta Sannat l-eks Kunsilliera Muscat kienet fil-minoranza, qatt ma qatgħet qalba milli twettaq id-doveri tagħha ta Kunsilliera u l-ħidma tagħha għandha sservi taeżempju għall-Kunsillieri Lokali fil-qadi ta dmirijiethom.

Il-President tal-KKLPN u l-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Kunsilli Lokali filwaqt li wrew is-soba tagħhom għat-telfa ta Muscat, estendew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja taMarlene Muscat u l-qraba tagħha. 

Charles Bonello

President Kulleġġ Kunsillieri Lokali PN

Karl Gouder 

Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali

Partit Nazzjonalista

About

Jekk se tagħmilha fuq qalbek, tagħmilhiex. Imma jekk se tagħmilha ghax tħobb... Kun il-Bidla