ŻOMM AĠĠORNAT:
Tislima lill-memorja ta’ Albert Chun
Il-Partit Nazzjonalista jesprimi l-kondoljanzi lill-familja ta’ Albert Chun għat-telfa tiegħu.
Albert Chun kien pijunier tal-ġinnastika f’Malta u kien strumentali biex bosta tfal jagħmlu l- attività fiżika. Huwa kien kowċ nazzjonali tat-tim tal-ġinnastika u għen fil-formazzjoni tal- aqwa ġinnasti f’Malta.
Il-Partit Nazzjonalista u TimSport PN isellem il-memorja ta’ Albert Chun u jappellaw sabiex ix-xogħol siewi tiegħu fil-ġinnastika jitkompla fil-formazzjoni tal-atleti lokali.
Ryan Callus
Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Ġlieda kontra l-Obeżita'
18.05.2018