Dak li ħabbar il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne aktar kmieni llum tikkonferma il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista u ħafna mis-soċjetá ċivili li l-miżuri li daħħal il-gvern ħamest ijiem ilu huma eċċessivi fil-kuntest tal-lum meta Malta għandha iktar min tliet kwarti tan-nies vvaċċinati tliet darbiet.

Il-Partit Nazzjonalista kien emfasizza li l-miżuri li għadhom fis-seħħ huma diskriminatorji u żiedu piż ieħor fuq min iħaddem li diġà kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-provvista tax-xogħol, żieda fl-ispejjeż u burokrazija miżjuda.

Wara li Chris Fearne u l-gvern Laburista attakkaw lil Bernard Grech, issa huma stess qed irreġġgħu lura minn miżuri li kellhom bżonn ħafna sagrifiċċji u burokrazija biex jiddaħħlu.

Tant hu hekk li fl-aħħar jiem rajna problemi fis-settur tal-catering, b’14 fil-mija tas-sidien tar-ristoranti u l-bars jgħidu li qed jikkonsidraw li jagħlqu l-bibien tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista jisħaq fuq l-importanza li jittieħed il-booster, madankollu jemfasizza l-bżonn ta’ bilanċ u miżuri li jagħmlu sens għall-kuntest.

 

22.01.2022

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt