Tkellimt kemm il-darba fuq il-problemi li qiegħed jiffaċċja s-settur edukattiv. Issa joħroġ ċar li madwar 80 klassi tal-primarja għadhom mingħajr għalliema, u dan ftit jiem biss bogħod mill-bidu tas-sena skolastika b’detriment għall-istess studenti.
Dan il-Gvern mhux qiegħed jagħti l-importanza meħtieġa lis-settur edukattiv. 
Gvern ġdid Nazzjonalista għandu viżjoni ċara għal dan is-settur.
👉🏻 aktar rispett u valur lejn l-għalliema u l-professjoni tagħhom
👉🏻  Il-paga u l-opportunitajiet tal-karriera tal-ghalliema jitjiebu b’mod radikali biex jirriflettu l-importanza tagħhom fis-soċjetà u għalhekk ngħollu l-paga tal-għalliema billi jidħlu fil-karriera fi grad aktar għoli diġà. 
👉🏻  Il-progressjoni fil-karriera tal-għalliema issir aktar malajr.
👉🏻 Inżidu t-teknoloġija diġitali fl-edukazzjoni permezz ta’ aċċess għall-internet għal kulħadd.
👉🏻 Nagħtu tablet jew lap top lil kull student tas-sekondarja ukoll.
👉🏻 Ambjent aħjar fl-iskejjel sabiex l-istudenti jistgħu jirċievu l-edukazzjoni tagħhom f’ambjent aktar san, li jilqghek, fejn wieħed iħossu komdu.
👉🏻 Arja ikkundizzjonata fil-klassijiet kollha permezz ta’ pannelli fuq il-bjut tal-iskejjel
👉🏻Strutturi ta’ appoġġ ta’ professjonisti għall-istudenti li jkunu għaddejjin minn sfidi partikolari. 
Hawn ukoll nistgħu inkunu l-bidla. Kun il-bidla int ukoll.

https://timesofmalta.com/articles/view/no-teachers-for-80-primary-classrooms-in-state-schools.902768

Julie Zahra

About

L-Edukazzjoni, s-Saħħa Mentali u l-Arti huma suġġetti għal qalbha ħafna. Education, Mental health and the Arts are her passion. Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u it-8 Distrett.