Sir voluntier

Jekk mhux int, mela min?

Xi drabi nħossuna qisna qed nistennew xi eroj. Iżda partit mhux persuna waħda, huwa l-ħidma ta’ għaqda ta’ nies.

Allura jekk jimpurtak biżżejjed, u jekk għandek xi ħin x’tagħti, għalfejn ma tivvolontarjax? Kull minuta minn ħinek tgħin.

Neħtieġu nies biex jgħinu billi jwieġbu telefonati, joħolqu kontenut, jorganizzaw attivitajiet u jħabbtu fuq il-bibien. Jeħtieġ li nxerrdu l-kelma mill-aktar fis possibbli u bl-aktar mod effettiv.

Grazzi ta’ dan u talli qed tkun parti mill-bidla li Malta teħtieġ.

 

Telefonati: Inti persuna li taf tisma’, paċenzjuża, tifhem b’mod ċar il-politika tal-persważjoni, u taf titħaddet bil-Malti u/jew bl-Ingliż? Kellimna jekk dan jiddeskrivik perfettament.

Loġistika u Attivitajiet: Jekk għandek ħafna enerġija, entużjażmu u ħerqa li torganizza attivitajiet kbar, għarfien tajjeb fl-organizzazzjoni awdjoviżiva, u ħin x’tagħti biex taħdem sigħat twal inkluż fi btajjel pubbliċi u weekends, kellimna!

Kaptani tal-Kostitwenzi: Jekk int mimli enerġija, dħuli, titkellem pulit iżda oġġettivament, u trid tmexxi grupp ta’ voluntiera kkonċentrati fuq li jbiddlu d-direzzjoni tal-pajjiż, kellimna biex nistabbilixxu l-ħtiġijiet tal-kostitwenza tiegħek.

Nista’ nospita attivitajiet: Ikkuntattjana jekk kapaċi tospita attivitajiet privati f’darek u/jew laqgħat f’post għall-kandidati promettenti tagħna kif ukoll għall-Kap tagħna.

Rwoli Organizzattivi: Qed infittxu nies li kapaċi jiddedikaw ħinhom u ħiliethom għal rwol li jgħinu l-għanijiet ġenerali tal-kampanja. Kellimna!

Nixtieq inkun Kunsillier jew Kandidat: Nilqgħu lil dawk kollha ta’ rieda tajba u ħerqana li jagħtu l-kontribut tagħhom fuq skala nazzjonali.

 


Become a volunteer

If not you, then who?

Sometimes it feels that we’re all waiting for a hero. But a party is not about one person, it’s a team effort. 

So if you care enough, and if you’ve got some time to spare, why not volunteer? Every little helps.

We need people to help answer calls, create content, set up events and knock on doors. We need to spread the word as quickly and effectively as possible. 

Thanks for doing this. 

 

Phone Bank Caller: Are you a good listener, patient, clearly understand the politics of persuasion, and well-versed in English and/or Maltese? Reach out if this perfectly describes you.

Logistics & Events: If you’ve got the abundant energy and enthusiasm and a passion for putting together expansive events around the Maltese Islands, a sound knowledge in audiovisual set up, and time on your hands to put in long hours that include public holidays and weekends, give us a shout!

Constituency Captains: Should you be bursting with energy, personable, speak politely yet objectively, and want to lead a team of volunteers focused on changing the direction of the country, get in touch to map out your constituency requirements.

Home Host: Contact us if you are open/able to hosting private, at-home events and/or venue gatherings for our promising candidates as well as our prominent party leader.

Organisation roles: We are looking for all those who are able to dedicate their time and skills towards roles that would assist with the holistic campaigning goals. Get in touch!

I’m interested in becoming a Councillor or Candidate: We have an open-door policy for all those who are well-intended and impassioned to contribute their efforts on a national scale, on a National Party ticket.  We remain very keen to hear from you.

Will you volunteer?