ŻOMM AĠĠORNAT:
Wasal iż-żmien li Joseph Muscat jagħżel bejn li jiddefendi lil Malta jew jiddefendi lil sħabu li nqabdu jaħbu kumpaniji sigrieti
Joseph Muscat ma jistax jitwemmen meta jgħid li lest jaħdem kontra l-korruzzjoni flimkien mal-Oppożizzjoni, meta għadu ma keċċiex liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u lill- Ministru Konrad Mizzi. Quddiem sensiela ta’ fatti, Joseph Muscat għadu ma ħax id-deċiżjoni li jiddefendi lil Malta u minflok ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna tinsab mhedda minħabba l- interessi ta’ żewġ persuni.
Joseph Muscat jgħid li se joqgħod fuq il-konklużjonijiet tal-inkjesti meta jaf li dawn jinsabu weqfin bl-appelli li qed jagħmel. Lanqas wara sagħtejn diskussjoni fil-Parlament, meta tressqet mozzjoni urġenti mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, ħadd mill-kelliema tal-Gvern ma tkellem fuq il-konnessjoni li għandhom Keith Schembri u Konrad Mizzi mal- kumpanija misterjuża 17 Black.
L-investituri, n-negozji, l-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin għadhom qed jistennew lill-Prim Ministru jiddefendi r-reputazzjoni ta’ Malta kif għandu obbligu. X’qed iżomm lil Joseph Muscat milli jiddeċiedi?.
18.11.2018