Il-PN jappella lill-gvern biex jirtira l-miżuri li se jiddaħħlu fis-17 ta’ Jannar, li effettivament jagħmlu l-booster tal-vaċċin obbligatorju.

Meta wieħed iqis li iktar minn żewġ terzi tal-pajjiż diġà ħadu l-booster u l-Omicron qed jsir ir-razza dominanti f’Malta, il-PN jemmen li l-miżuri m’għadhomx jilħqu l-bilanċ adekwat bejn is-saħħa pubblika u l-libertajiet tan-nies.

Filwaqt li l-PN jappoġġja bis-sħiħ il-parir tal-professjonisti tas-saħħa biex jittieħed il-vaċċin u l-booster - kemm għal raġunijiet ta’ sigurtà personali kif ukoll is-saħħa pubblika - il-partit jemmen ukoll fid-drittijiet tan-nies li jieħdu d-deċiżjoni għalihom infushom, speċjalment fil-kuntest li qed jinbidel fil-pandemija.

Dawk li huma xettiċi dwar il-booster jaf ikunu aktar konvinti minn parir mediku minn tabib tal-fiduċja tagħhom milli billi jkunu sfurzati mill-gvern. Il-PN jinsab fiduċjuż li meta jingħataw l-informazzjoni t-tajba, in-nies ikunu responsabbli fl-għażliet u fl-attitudnijiet tagħhom, filwaqt li jkunu aktar rispettużi lejn ħaddieħor, speċjalment dawk li huma vulnerabbli.

Il-PN jinnota li l-miżuri, li ħafna jqisuhom bħala eċċessivi u diskriminatorji, se jżidu wkoll piż ieħor fuq min iħaddem li diġà qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fil-provvista tax-xogħol, żieda fl-ispejjeż u burokrazija miżjuda.

Il-miżuri joħolqu wkoll diffikultajiet bla bżonn għal dawk li għadhom ma rċevewx stedina biex jieħdu l-booster, bħal żgħażagħ ta’ bejn il-15 u t-18-il sena jew persuni li kellhom il-Covid jew kienu mwaħħla fil-kwarantina u ma setgħux jieħdu l-booster fil-ħin.

Il-PN jemmen li anke jekk il-gvern qed jippjana li jżomm dawn il-miżuri, irid ikun ferm aktar trasparenti fix-xjenza li fuqha qed jibbaża dawn id-deċiżjonijiet u jispjega għaliex Malta marret lil hinn mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi anke f’dak li għandu x’jaqsam mat-tul permess bejn vaċċin u booster. 

Il-PN itenni t-talba tiegħu biex il-kits ta’ self-testing isiru legali u disponibbli, hekk kif in-numru ta’ każijiet attivi jiżdied u l-call centres u l-faċilitajiet pubbliċi tal-ittestjar isiru aktar diffiċli biex jiġu aċċessati.

——

PN calls on the government to scrap the measures set to be introduced on the 17th January, which effectively make the vaccine booster mandatory.

Given that two-thirds of the country have already taken the booster while the less virulent Omicron has become the dominant strain in Malta, the PN believes the measures no longer strike the right balance between public health and people’s freedoms. 

While PN fully supports the health advice to take the vaccine and the booster for both personal and public safety reasons, the party also believes in the rights of people to take their own decision, especially in the changing context of the pandemic.

Those who are sceptical of the booster are more likely to be convinced by medical advice from a trusted doctor than by being checkmated by the government. PN is confident that given the right information, people will be responsible in their choices and attitudes, while being more respectful towards others, especially those who are vulnerable. 

PN notes that the measures, which many view as excessive and discriminatory, will also add another burden on employers who are already facing huge difficulties with labour supply, increased costs and added bureaucracy.

The measures also create unnecessary difficulties for those who did not yet receive an invitation to take the booster, such as 15 to 18-year-olds or people who had Covid or were stuck in quarantine and could not get the booster in time. 

PN believes that even if the government plans to retain these measures, it must be much more transparent in the science on which it is basing these decisions and explain why Malta has gone further than most countries even in terms of the duration permitted between vaccine and booster.

PN reiterates its call for self-testing kits to be made legal and available, as the number of active cases increase and the call centres and public testing facilities become harder to access. 

Partit Nazzjonalista

About

Aħna lesti biex inkunu MIEGĦEK 💪 Miegħek. Għal Malta 🇲🇹 pn.org.mt