Meta jsir toroq ġodda nieħdu ħsieb li l-ilma jeqleb b'tali mod li ma jkunx hemm għalfejn jagħmlu bankini għolja. Għal min għandu diffikulta ta mobiltà u anzjani, bankina iktar minn 10 cm hija għolja. Nissuġerixxi wkoll li jsiru rampi għal wheelchairs għax hawn postijiet fejn f'bankini li hija twila triq sħiħa rampa waħda ssib u allura mir-rampa li tkun tlajt trid terġa tinżel, Il-bankini jkunu ta' livell Ewropew fejn taraw li ma jkunux jiżolqu fix-xita.