Qed nissuġerixxi li l-widien u z-zoni naturali madwar Malta ikun mħarrsa minn dawk li fl-Italja jissejjħu "Guardia Bosco". Dawn ikunu gruppi ta' persuni li mhux biss iservu biex jaraw li l-ambjent jiġi protett imma magħhom ikun hemm abbinati numru ta' ħaddiema, għodda u mekkanirju. Dawn jaraw li jsir it-tindif meħtieġ fil-widien, tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ, tiswija u bini fejn m'hemmx ta' ħitan li jżommu l-ilma (dams) biex l-ilma ma jintilifx imma jkun jista jiskula bil-mod fil-water table, simili għal kif insibu c-Chadwick Lakes, tħawwil, tisqija u żbir ta' siġar, tiswija u restawr ta' affarijiet storiċi li jinsabu fil-widien etc. Tista' tkun opportunita biex ngħinu lil bdiewa u r-raħħala fil-bżonnijiet tagħhom biex tiffaċilitaw ħidmithom. Tkun opportunità biex il-kaċċa u l-insib, waqt li tiġi mħarrsa t-tradizzjoni dan issir fil-parametri tal-liġijiet eżistent għax kif nafu l-ALE bin-nuqqas ta' membri mhux tlaħħaq ma dan ix-xogħol.